Kif tafu ftit tal-ġimgħat ilu kellna fostna lil Mons. Arċisqof Pawlu Cremona.
Għamilna ħafna preparamenti, il-gruppi kollha fil-parroċċa għamlu dak kollhu li setgħu sabiex bħala komunita’ waħda naqtgħu figura kif jixraq u nilqgħu mill-aħjar possibbli lir-Ragħaj Spiritwali tagħna.
Il-Klabb Familja Franġiskana wkoll ta’ s-sehem tiegħu għal din iż-żjara. Il-kripta, il-post fejn normalment niltaqgħu sarilha xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiegħ għal okkażjoni.
Monsinjur Arċisqof niżel iżurna ġewwa l-kripta l-Ħamis 18 ta’ Frar 2010, eżatt wara l-laqgħa li l-kummissjoni familja kellha miegħu ġewwa Blokk C.
